CARMEL G. CAUCHI


Twieled Birkirkara fid-29 ta' Mejju 1944. Il-ġenituri tiegħu, illum mejtin, kienu Ġuzeppi u Rita mwielda Borg. Għandu żewġ ħutu iżgħar minnu, Joseph u Phyllis.


Mill-lskola Primarja ta' Birkirkara għadda għal-Liċeo, il-Ħamrun, fl-1957. L-edukazzjoni terzjarja tiegħu ħadha fil-Kulleġġ ta' I-Edukazzjoni San Mikiel, Ta' Ġiorni, fejn daħal fl-1963. Minn hemm kiseb iċ-Certifikat ta' Għalliem fl-1965. Għallem fl-iskejjel primarji tal-Gżira, il-Birgu, Birkirkara u Santa Venera. FI-1995 sar Assistent Kap fl-iskola Primarja "Madonna tal-Minsija", San Ġwann. FI-2005 irtira bl-etá.


Huwa membru attiv fl-Eżekuttiv Ġenerali tas-Soċjetá tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) Huwa msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin u fl-Akkademja tal-Malti.


ll-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta' proża, poeżija u drammi, u jikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Xogħolijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f'rivisti letterarji u f'antologiji kemm lokali kif ukoll barranin. Cauchi kien bosta drabi ppremjat f'konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-ltalja. Ingħata fost I-oħrajn il-premju prestiġjuż "Cittá di Valletta" fl-1986. Fl-2006 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, għal- Letteratura għat-Tfal u Adoloxxenti, Taqsima Poeżija.


Għal ħames snin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal ta' l-lskola Primarja ta' Birkirkara pparteċipaw fil- "Festival ta' Drama għall-lskejjel", u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali.

BIBLIJOGRAFIJA

 

Kotba għall-Kbar — Oriġinali

 

 Isem il-Ktieb

  L-Ewwel Edizzjoni

 Ħoloq — Poeżiji (Ko-awtur)

 1973

 Qsari fis-Setaħ — Novelli

 1975

 Passi fuq ir-Ramel — Poeżiji

 1983

 Tifkiriet Kalabrizi — Poeżiji (Ko-awtur)

 1986

 Pupa tal-Piastik u Stejjer Oħra — Novelli

 1985

 Fewġiet u Buffuri — Poeżiji

 1994

 Stejjer għad-Diskussjoni— Stejjer Qosra

 1996

 Lellux fil-Mogħdija - Poeżiji

 1999

Għad-Dell tal-Ġakaranda — Poeżiji
2008
Mar-Radd tas-Salib –  Ħsieb għal kull jum
2008
L-Għeneb Qed Jiswied u Stejjer oħra - Novelli
2009

 

 

 Kotba għat-Tfal — Oriġinali

 

 Isem il-Ktieb

 L-Ewwel Edizzjoni

 Il-Bawxati ta' Pietru Pitravu

 1976

 Iżjed Bawxati ta' Pietru Pitravu

 1977

 Bawxati Oħra ta' Pietru Pitravu

 1981

 Pizzi Pizzi Kanna (poeziji)

 1978

 Il-Misteru ta' L-lmsella Msadda

 1979

 L-Għasfur Jitkellem u Stejjer Oħra

 1981

 Ramon u Sardinellu

 1981

 Onġi Onġi Onġella (poeżiji)

 1982

 Il-Barumbati ta' Betta Trombetta

 1983

 Betta Tħaddem Rasha

 2005

 Betta Ġġibha Żewġ

 2005

 Sardinellu u d-Dar tal-Ħares

 1985

 Il-Praspar ta' Mastru Gerfex

 1990

 It-Tifkiriet tan-Nannu Lipp

 1992

 Mid-Djarju ta' Rikardu Fender

 1993

 Aktar Mid-Djarju ta' Rikardu Fender

 1997

 F'Ħal Busbies ma' Mastru Gerfex

 1997

 Il-Fatat fid-Dar tan-Nanna

 1998

 Dak l-lmbierek Mastru Gefex

 1999

 L-Avventuri ta' Roderick u Gridoro

 2001

 Mal-Fatat ma Tiċċajtax

 2002

 Zito Zandarell - Ġrajjiet ta' Tifel Aljen

 2003

 Il-Mamá Spiss Ma Tiflaħx

 2005

 II-Papá Għandu Problema

 2005

 Ħija Jeremy

 2005

 Ejja Naqraw Storja

 2005

 Laqt u Xiber (poeżiji)

 2006

 L-lstejjer ta' Kendor is-Saħħar

 2007

 Is-Sigriet ta' Għajnejn il-Kobra

 2007

Dorianne Nieqsa mid-Dawl
2008
Clint għandu d-Down Syndrome
2008
Marcel Nieqes mis-Smigħ
2008
Jason juża s-Siġġu tar-Roti
2008
Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones
2009

 

 

 Kotba għat-Tfal — Traduzzjonijiet

 

 Isem il-Ktieb

 L-Ewwel Edizzjoni

 Patri Kolbe

 1982

 Il-Ġrajja tal-Madonna ta' Fatima

 1982

 Il-Ħajja u l-lttri ta' Pawlu

 1985

  Don Bosco — Iċ-Ċkejken Akrobatiku

 1989

 Don Bosco — Il-Ħabib taż-Żgħażagħ

 1989

 Don Bosco — Appostlu Modern

 1989

Ngħaqqad l-lstampi mill-Bibbja

 2005

 Jigsaw Puzzles Żgħar mill-Bibbja

 2005

 L-Ewwel Bibbja Tiegħi

 2005

 Parabboli Fil-Bibbja

 2005

 Stejjer mill-Bibbja

 2005

 L-Anġli fil-Bibbja

2005

 

 

 

Carmel G. Cauchi © 2009. Cahda |